Il-Prim Ministru Robert Abela stqarr kif dak li nżera’ f’pajjiżna llum waqt is-Summit tal-MED9, se jkun qiegħed iħalli benefiċċji tanġibbli liċ-ċittadini tal-istati Ewropej li jmissu mal-Mediterran.
Abela stqarr dan permezz ta’ kitba fuq il-midja soċjali fejn innota wkoll kif dan is-summit f’pajjiżna se jħalli l-frott tiegħu fil-ġejjieni.
Il-Prim Ministru sostna l-importanza li l-Unjoni Ewropea tkun magħquda mal-pajjiżi fin-nofsinhar tal-Unjoni Ewropea u li jmissu mal-baħar Mediterran.
In the MED9 Summit, we are reaffirming our firm conviction that EU-Southern Med relations need a reset. Our connection with partners in the Southern shores is crucial. I eagerly anticipate that the seeds sown in 🇲🇹 will ultimately deliver tangible benefits to our citizens. – RA pic.twitter.com/lxqlG3lxs5
— Robert Abela (@RobertAbela_MT) September 29, 2023