Iż-żbir tal-palm għas-sajd daqshekk se jibqa’ jsir mis-sajjieda, u se jibda’ jsir mill-Gvern. Dan ħabbru s-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri waqt laqgħa ma’ diversi sajjieda fl-Għammieri fil-ftuħ tal-istaġun tas-sajd tal-Lampuki.
Camilleri qal li l-Gvern se jieħu l-proċess f’idejh għal diversi raġunijiet, fosthom biex jibda’ jsir minn ħaddiema professjoanli tal-ELC u jsir bil-galbu. Raġuni oħra hija li issa, il-palm se jitqassam għand is-sajjieda b’mod ekwu.
Sajjieda li kienu fuq il-post biex jiltaqgħu mas-Segretarju Parlamentari esprimew sodisfazzjon għal din l-aħbar, li se tippermetti li jwettqu xogħolhom aħjar.