L-ex kowċ tat-tim nazzjonali Malti Ray Farruġia, magħruf aħjar bħala ż-Żażu, mistenni li jirritorna fl-Awstralja bħala l-mistieden speċjali tal-ex tim tiegħu Melita Eagles.
Farrugia lagħab għal 12 il-sena ma’ Melita Eagles fejn għadu meqjus bħala wieħed mil-leġendi tal-klabb Awstraljan.
Fost affarijiet oħra, Ray Farruġia se jkun qiegħed jippromwovi l-bijografija tiegħu li ġib l-isem ta’ “And in Malta is my home”.
Melita Eagles se jkun qed jorganizzaw attivita speċjali fil-9 ta’ Settembru fejn partitarji tat-tim ħa jkollhom l-opportunita jerġgħu jiltaqaw ma’ Farrugia.