Din kienet kompetizzjoni li rat punteġġ għoli ħafna, fejn Muscat, li għandu 15-il sena, fl-ewwel logħba ġab l-iskor ta’ 157, wara kellu ħames logħbiet b’medja inkredibbli ta’ 238, fosthom logħba bl-iskor ta’ 279, biex spiċċa 40 pin quddiem iċ-champion nazzjonali u s-sieħbu tat-tim OkMalta.com, Mauro Anastasi, li spiċċa b’medja ta’ 218 fosthom logħba ta’ 276.
Fit-tielet post ġie Matthew Howard, b’medja eċċellenti ta’ 216 pin, 12-il pin biss wara Anastasi. Il-president tal-MTBA Paul Baldacchino ippreżenta ċ-ċekk tar-rebbieħ lil Muscat.