Iż-żagħżugħ ta’ għoxrin sena li għadu maqbud qalb it-tifrik li tħalla mill-binja li ġġarrfet dalgħodu fil-qasam industrijali ta’ Kordin, kien ilu disa’ minuti fil-binja qabel iġġarrfet.
Fl-aħħar ħin, il-qraba taż-żagħżugħ li ilhom minn dalgħodu fuq ix-xena tal-inċident, iddaħħlu mill-uffiċjali biex jispjegawlhom l-operazzjoni tas-salvataġġ li qed issir u għaliex hija daqstant delikata.
L-operazzjoni hija waħda kumplessa ħafna għaliex l-art hija perikoluża u hemm ċans li tiġġarraf il-kumplament tal-binja.
Dan ipoġġi periklu mhux biss għaż-żagħżugħ maqbud iżda anki għall-uffiċjali tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li jinsabu għaddejjin b’din l-operazzjoni.
Għaldaqstant, il-ħaddiema tas-salvataġġ għaddejjin b’operazzjoni kumplessa u delikata biex ikunu jistgħu jidħlu għall-post fejn hemm indikazzjoni li jista’ jkun jinstab iż-żagħżugħ.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.