Iż-żagħżugħ Luke Cremona ta’ 21 sena minn Ħal Qormi, weħel sentenza ta’ sentejn ħabs sospiżi għal tliet snin wara li dan instab ħati li hedded lill-ġenituri tat-tfajla tiegħu.
Fis-sentenza tagħha, il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Gianella Camilleri Busuttil rat kif il-vittmi tal-każ ħafru lill-akkużat. Hawnhekk intqal ukoll li filwaqt li l-akkużat kiser il-kundizzjonijiet mill-ħelsien mill-arrest, il-Qorti ma setgħetx tikkonfiska l-garanzija personali tal-imputat peress li dawn ma ġewx ippreżentati fil-Qorti.
L-Avukati Francesca Zarb u Jose Herrera dehru għaż-żagħżugħ, filwaqt li l-Ispetturi Colin Sheldon u James Mallia mexxew il-prosekuzzjoni.