Għall-inizjattiva ta’ Leaders for a Day, fejn fiha żgħażagħ minn madwar id-dinja jingħataw l-opportunità li jaraw mill-qrib kif jaħdmu dawk f’pożizzjoni ta’ eżekuttiv, inkluż mexxejja u kapijiet ta’ pajjiż, iż-żagħżugħ Josef se jqatta’ din il-ġurnata ta’ xogħol mal-Prim Ministru Robert Abela.
F’ritratt li tella’ fuq il-midja soċjali, il-Prim Ministru qal li hu, u ż-żagħżugħ bdew il-ġurnata il-gym, hekk kif it-tnejn li huma jħobbu l-isport.
Sadanittant, il-Fondazzjoni JA Malta, irringrazzjat lill-Prim Ministru u l-uffiċċju tiegħu talli taw din l-opportunità unika lil Josef.