Ir-raġel li kien involut f’inċident ilbieraħ f’Tal-Barrani ż-Żejtun, fejn inqaleb bil-karozza wara ħabta ma’ ambulanza, m’għadux fil-periklu tal-mewt.
Lucas Azzopardi ta’ 26 sena qal dan fuq il-profil tiegħu fuq Facebook fejn ippubblika ritratti tiegħu fl-isptar, jidher f’kundizzjoni ferm aħjar.
Azzopardi rringrazzja lil kull min għenu kemm fuq il-post u anke l-isptar, fosthom ħaddiema mediċi u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.
Huwa skuża ruħu ma’ dawk li kienu fl-ambulanza li ħabat magħha, għax-xokk li ħadu u stqarr li jispera li llum jinsabu aħjar.
L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 12:00pm u l-ambulanza kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 28 sena, li joqgħod Ħaż-Żabbar.
Aqra wkoll:
https://www.one.com.mt/2021/06/27/ragel-l-isptar-wara-habta-fi-triq-tal-barrani/