Il-ktieb tar-riċetti “L-Ikla t-Tajba” hu prodott ta’ ħidma kollettiva mill-membri tal-Health Team fi ħdan l-Aġenzija Appoġġ u jiġbor fih riċetti miktubin mill-membri kollha tat-tim.
Dawn l-impjegati li jaħdmu f’diversi sptarijiet u komunitajiet kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex, ħadmu flimkien biex ġabru dawn ir-riċetti li jġorru magħhom kemm ikel bnin, kif ukoll memorji għall-ħaddiema u għall-familji tagħhom.
Id-dħul ta’ €10 mill-bejgħ ta’ kull ktieb tar-ricetti se jmur kollu għall-Appoġġ Children’s Fund. Dan il-fond li twaqqaf fl-2003 għal tfal li jkollhom bżonnijiet b’mod immedjat f’każijiet fejn il-ġenituri jew carers tagħhom ma jkunux jistgħu jipprovdu għalihom.
Fost oħrajn it-tfal jingħataw ikel, ħwejjeġ, mediċini, uniformijiet, kotba, ħlas għal ħarġiet tal-iskola jew proġetti tal-iskola, viżti għand konsulenti jew anke trattamenti speċjalizzati.
Dan il-fond jgħin madwar 300 tifel u tifla kull sena,li diġà jagħmlu użu minn servizzi tal-Aġenzija Appoġġ jew Aġenziji oħrajn fi ħdan il-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali.
Id-dettalji dwar il-ħwienet minn fejn wieħed jista jikseb dan il-ktieb tista’ ssibhom fuq il-paġna ta’ facebook tal-Agenzja Appoġġ.