Luke Vella, iben ix-xandar Rennie Vella, xerred ritratt fuq il-midja soċjali, ritratt li qatt ma deher qabel. Ir-ritratt li ttieħed l-għada tal-mewt ta’ Rennie, juri l-kamra li fiha x-xandar għex l-aħħar sitt xhur ta’ ħajtu.
Luke jistqarr li fil-kamra li tidher fir-ritratt, kien ikollu diskursati ma’ missieru. Jgħid li bħala nsara kattoliċi huma kienu jgħaqqdu s-sofferenza li kien għaddej missieru Rennie mal-passjoni ta’ Kristu. Stqarr li Rennie kien joffri s-sofferenzi tiegħu għal dawk iż-żgħażagħ li huma mitlufa u ‘l bogħod minn Alla.

”Xerridt dan ir-ritratt ma’ kulħadd, bil-għan li nispira u nagħmel kuraġġ lil dawk li bħalissa għaddejin minn żmien ta’ sofferenza. Għalija dan ir-ritratt huwa prova kif missieri fis-sofferenzi tiegħu kien xorta waħda b’qalbu qrib Alla”
Luke Vella – iben ix-xandar Rennie Vella

Lil Luke flimkien ma’ ommu Paulanne għadna narawh fuq ONE fil-programm Better Living, programm li kien ħoloq il-mibki Rennie Vella. F’ għeluq il-ħames snin mill-mewt ta’ missieru Rennie, Luke Vella jtemm jgħid li kieku l-imħabba kellha ssalva lil missieru, kieku qatt ma miet.