Il-Partit Nazzjonalista qed joġġezzjona u jitlob rimedju għar-reklami tas-sessjonijiet ta’ Gvern Li Jisma’ li xxandru fuq PBS. Dan għax skont ilment li sar fihom propoganda politika, bl-argument dwar dan sar mill-Avukat Francis Zammit Dimech f’sessjoni quddiem l-Awtorità tax-Xandir.
Peró r-reklami li Zammit Dimech u l-Partit Nazzjonalista ma jridux li jixxandru fuq TVM ixxandru bi ħlas fuq NET u meta fl-Awtorità tax-Xandir inġibdet l-attenzjoni dwar dan, Zammit Dimech qal li seta’ kien hemm raġunijiet “kummerċjali.”
Għal dan ireaġixxa l-Partit Laburista li fi tqarrija qal li jekk Busuttil għandu daqshekk problema li l-ispots jixxandru fuq PBS, bl-istess riga kif jista’ jittieħed bis-serjetà meta l-istess spots ixxandru fuq l-istazzjon tiegħu?.
“Il-Kap tal-Oppożizzjoni għandu double standards anke fuq spot imxandar,” qal il-Partit Laburista.