Paul Bailey, ix-xufier ta’ karozza sportiva tal-għamla Porsche 918 Spyder li kienet involuta fl-inċident ikrah tal-attività Paqpaqli għall-Istrina, lura fl-2015 ammetta l-akkużi miġjuba kontrih.
Dan waqt it-tkomplija tal-kumpilazzjoni t’evidenza kontra tlettax-il membru tal-kumitat responsabbli mill-attività.
Fid-dawl tal-ammissjoni tax-xufier tal-karozza, li dakinhar tal-inċident tilef il-kontroll tal-karozza b’riżultat li daħlet fuq numru ta’ spettaturi preżenti, huwa ġie ordnat jagħmel 300 siegħa xogħol fil-komunità.
Bailey se jkun qed jagħmel dan mal-Fondazzjoni Puttinu Cares.
Dakinhar tal-inċident 26 persuna indarbu u b’reazzjoni għal dan fetħu proċeduri kriminali kontra Bailey innifsu u l-membri tal-kumitat li organizza l-attività.
Flimkien ma’ Bailey, Julian Manara wkoll ammetti l-akkużi fil-konfront tiegħu u ġie ordnat jagħmel 200 siegħa xogħol fil-komunità.
Il-każ ġie aġġornat għal Diċembru.