Ix-xufier tal-karozza tal-linja li lbieraħ kien involut f’inċident waqt li kien xogħol qed jiġi deskritt bħala “eroj.” Dan hekk kif minkejja li l-karozza tal-linja li abbord tagħha kien hemm numru ta’ passiġġieri, ħadet in-nar huwa rnexxielu jsalvahom.
Dan għaliex il-passiġġiera nħarġu mill-karozza tal-linja qabel din inbidlet fi fjamma waħda. Iżda dan l-“eroj”, b’xorti tajba, sab l-għajnuna tal-PC633, Pulizija li ma kienx xogħol u kien qed isuq biswit il-karozza tal-linja, huwa ukoll ta l-ewwel għajnuna biex ebda persuna ma tweġġa’.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-18.00 fi Triq Għar Dalam f’Birżebbuġa. Fuq il-post issejħet ambulanza sabiex tassisti lis-sewwieq tal-karozza tal-linja wara li beda xi dħaħen.
Fi stqarrija l-Malta Public Transport qalet li ħadd ma weġġa’ waqt dan l-inċident u li l-kumpanija qed tikkopera mal-awtoritajiet. L-istqarrija tgħid li l-kumpanija se tkun qed tinkariga kumpanija indipendenti sabiex issir investigazzjoni bl-għan li jiġi identifikat x’wassal għan-nirien.