L-għeluq tar-ristoranti bħala mezz ta’ prekawzjoni kontra t-tixrid ta’ Coronavirus f’pajjiżna wassal biex aktar stabbilimenti tal-ikel iduru mas-sitwazzjoni u jaġġustaw l-operat tagħhom.
It-trasport tal-ikel żdied ferm hekk kif aktar nies jinsabu magħluqa fi djarhom jordnaw l-ikel.
Dan l-istazzjon tkellem mad-direttur ta’ kumpanija f’Malta li toffri s-servizz li twassal l-ikel sħun u bnin minn stabbiliment għal kul dar f’pajjiżna.
Qal li x-xogħol żdied b’50% iktar minn dak li kien qabel iżda imbagħad sofra tnaqqis minn servizzi oħra. Il-Kap Eżekuttiv ta’ Bolt Malta, Sebastian Ripardi stqarr: “We’re kindly experiencing more than 50% increase week on week which is good. We’re obviously experiecing big decrease in other areas, such in the cab rides. I mean we just see people’s priorities shifting when there is a threat like this.”
Qal li aktar restoranti qed jeqilbu fuq sistema diġitali biex jaċċettaw l-ordnijiet tal-ikel u hekk l-operat tagħhom jibqa’ għaddej.
Huwa sostna: “We’re definetly not onboarding as many as we would like. We are serving 15 new restaurants a week. If we had enough equipment I think we would onboarding around 50 restaurants a week.”
Is-Sur Ripardi temm jgħid li l-imxija tal-coronavirus xorta ma ġabitx sitwazzjoni sabiħa,
Saħaq li mill-morr kulħadd qed jipprova jieħu l-ħelu li jista’.