Persuna li kitbet ittra lil ġurnal lokali, esprimiet it-tħassib tagħha dwar x’jista’ jiġri miż-żwiġijiet jekk in-nisa jkunu mħeġġa jidħlu fil-politika.
Dan b’referenza għall-programm LEAD tal-Partit Laburista mmexxi mill-Membru EwroParlamentari Maltija Miriam Dalli, immirat li jħeġġeġ aktar nisa jidħlu fil-politika.
Fil-fehma ta’ din il-mara, li ffirmat bħala “MARA TAD-DAR” minn Ħal Għaxaq, jekk in-nisa jidħlu fid-dinja tal-politika u “jitħarġu minn xi politiku ta’ esperjenza”, ikissru ż-żwieġ tagħhom u jistgħu saħansitra jaslu għal separazzjoni jew divorzju.
Skont din il-mara, l-irwol ta’ mara miżżewġa huwa biss biex tieħu ħsieb lil uliedha, lil żewġha u lid-dar.
Dlonk bdew ir-reazzjonijiet għal dan l-artiklu, u kienu bosta n-nisa li esprimew rabja għax jemmnu li jistgħu jkunu fil-politika fl-istess ħin li jkollhom familja.
Wieġbet ukoll il-Membru Parlamentari Ewropew Miriam Dalli, li tinsab fit-tmun tal-programm LEAD.