Ix-xogħol fuq is-saqaf tal-Knisju ta’ Ġieżu fir-Rabat miexi sew dan hekk kif bħal-lum ġimgħa seħħet ħerba, fejn fil-ħemda ta’ matul il-lejl sfronda s-saqaf tal-knisja.
Bħalissa bdew jiżżarmaw it-travi li kien għad fadal fejn se jinbena saqaf temporanju sakemm jiġu konklużi l-istudji biex jiġi skopert jekk il-ħolma ta’ diversi Rabtin li tinbena koppja tistax issir realtà.
Permezz ta’ messaġġ ta’ ringrazzjament fuq il-paġna ta’ Facebook, il-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġieżu rringrazzjat lil kulħadd li b’xi mod kienu ta’ xi għajnuna.
Sostnew li huma jħossuhom ftit aħjar, konxji li din mhix ħolma kerha imma realtà.