Mifrux fuq medda ta’ ħamsa u għoxrin elf metru kwadru f’Ħal Far, il-bini tal-fabbrika Crane Currency jinsab fi stadju avvanzat.
Ix-xogħol ta’ kostruzzjoni fuq dan l-investiment Amerikan ta’ mitt miljun dollaru beda f’Jannar li għadda, u sitt xhur wara, diġa hemm l-istennija għat-tlestija ta’ parti mill-fabbrika, Block A.
Il-manager tal-proġett Matthew Calascione spjega kif din il-blokka se tibda topera lejn l-aħħar tas-sena.