Il-proġett tas-sistema tad-drenaġġ fil-Baħrija se jkun lest fi ftit tal-gimgħat oħra. Il-proġett ħa ftit ta’ żmien iktar milli suppost għax waqt li beda jsir ix-xogħol instabu 14-il sejba storika.
Iżda issa x-xogħol qabad ritmu tajjeb, u mistenni jagħmel differenza f’ħajjet ir-resident tal-Baħrija li se jgawdu minn sistema tad-drenaġġ għall-ewwel darba.