Il-proġett b’investiment ta’ tlieta punt sitta miljun ewro fi Triq Buqana, it-triq li tgħaqqad l-Imtarfa, l-Mosta u l-Imġarr, miexi b’ritmu mgħaġġel. Triq Buqana hija fost il-ħafna toroq li bħalissa qegħdin isiru b’kollaborazzjoni bejn il-Gvern u Infrastruttura Malta. Il-Ministru għall-Infrastruttura, Ian Borg spjega x-xogħol li qed isir bħalissa fit-triq.
Il-Ministru Borg qal li “Ix-xogħol miexi b’rittmu mgħaġġel filwaqt li tilgħin wkoll l-interventi fuq in-naħa l-oħra tat-triq. Interventi li jkunu qegħdin jippermettu illi t-triq kollha mill-bidu sal-aħħar tkun żewġ korsiji l-isfel u korsija ‘l fuq”
Il-Ministru Borg qal li l-ġimgħa l-oħra nfetħu l-partijiet tan-naħa ta’ fuq li fadal wiċċ ieħor biex dan ix-xogħol ikun komplut u kif ukoll, fergħa ta’ triq fin-naħa t’isfel, dik li ġejja mid-direzzjoni tar-Rabat lejn l-Imġarr jew San Pawl il-Baħar.
L-interventi li qed isiru fi Triq Buqana jippermettu illi t-triq kollha mill-bidu sal-aħħar tkun b’żewġ korsiji l-isfel u korsija ‘l fuq. Dan ix-xogħol kollu sar wara studju intensiv.
Il-Ministru Borg temm jgħid li l-Gvern qed ikompli jinvesti biex jiġi żgurat li jiġu ndirizzati l-isfidi li jiltaqgħu magħhom in-nies kif ukoll iż-żoni li fihom jinġema amomnt kbir ta’ traffiku fit-toroq tagħna.