Fi stqarrija l-Awtorità tal-Ippjanar kjarifikat li x-xogħlijiet li qed isiru bħalissa fis-sit ta fejn qabel kien hemm ir-ristorant Barracuda huma biss ta’ manutenzjoni biex ikunu rranġati s-sistemi tal-ilma tax-xita fil-post.
Dan wara li fil-jum tat-Tnejn l-istess Awtorità waqqfet xogħlijiet ta’ żvilupp li kienu qed isiru mingħajr permess.
L-Awtorità żiedet tgħid kif uffiċjali qegħdin jissorveljaw is-sit matul il-ġurnata sabiex ma jsirux xogħlijiet bla permess.
Hija tenniet li l-ħaddiema li kien hemm fuq il-post kienu qegħdin jorbtu scaffolding b’mod sigur minħabba r-riħ previst fil-ġranet li ġejjin iżda ma kinux qed iwettqu xogħlijiet illegali kif rappurtat f’xi sezzjoni tal-midja.