Daħal fl-aħħar fażijiet tiegħu l-proġett ta’ Triq tal-Balal.
Ħabbar dan il-Ministru għall-Infrastruttura, Ian Borf, fejn f’messaġġ fuq Facebook spjega kif infetħet l-ewwel parti taż-żewġ korsiji addizzjonali, u l-bankina ġdida, li nbnew fix-xhur li għaddew.
Spjega kif Infrastructure Malta qed tibni mill-ġdid iż-żewġ korsiji eżistenti. Taħt din it-triq, qal li nbidlu aktar minn 5.5km ta’ sistemi tal-ilma, elettriku u telekomunikazzjoni, fost xogħol ieħor.
Il-Ministru Borg qal kif b’dan l-investiment qed innaqqsu l-ħin tal-ivvjaġġar bejn 20% u 30%, u nagħtu arja iktar nadifa fin-Naxxar, il-Għargħur, San Ġwann u l-inħawi.