Hekk kif sajf sħun u niexef aktar mis-soltu wasal fi tmiemu, Ottubru fetaħ bibien is-sema, u taffa xi ftit is-sħana permezz ta’ temperaturi aktar baxxi, li minn medja ta’ ħamsa u għoxrin grad celcius f’Settembru, niżlu għal medja ta’ tnejn u għoxrin grad celcius f’Ottubru.
Madanakollu, it-temperaturi tal-ajru matul ix-xahar li għadda baqgħu relattivament stabbli u sħan, u varjaw bejn temperatura massima ta’ disgħa u għoxrin grad fl-ewwel jum tax-xahar, ħmistax punt disa’ gradi fit-tmienja t’Ottubru.
U anki jekk it-temperaturi kienu aktar sħan mis-soltu, fl-ewwel nofs tax-xahar, il-gżejjer Maltin intlaqtu minn ħames maltempati bir-ragħad.
In-numru ta’ ġranet bil-maltemp irdoppja sal-aħħar tax-xahar, hekk kif żdiedu għal ħdax-il ġurnata.
Dawn wasslu biex f’Ottubru, b’mod partikolari lejn l-aħħar tax-xahar, niżlu erbgħa u disgħin millimetru ta’ xita.
U lil’hinn mill-maltemp u x-xita, il-jiem xemxin ma naqsux, bis-sigħat ta’ xemx f’Ottubru laħqu medja ta’ kważi seba’ sigħat.
B’kollox tkejlu mitejn u tnax-il siegħa ta’ xemx fuq il-gżejjer Maltin matul ix-xahar t’Ottubru.