Ix-xita qalila u silġ li laqtu pajjiżna ftit tal-ħin ilu kkawżaw traffiku qawwi fin-naħa ta’ isfel ta’ Malta minħabba l-fatt li diversi toroq jinsabu mgħarrqa kawża tax-xita.
Sewwieqa qed ikunu mwissija jevitaw b’mod partikolari l-inħawi ta’ Ħal Għaxaq u t-triq Tal-Barrani għal dan il-ħin.
Jidher li diversi toroq fl-inħawi ta’ Birżebbuġa wkoll jinsabu mgħarrqa u għandhom jiġu evitati.