Ix-xita qalila din id-darba ħalliet ħerba fl-Indja, hekk kif l-awtoritajiet bħalissa għaddejjin bi tfittxijiet ta’ bosta persuni qalb it-tifrik u l-ilmijiet.
Għexieren t’eluf ta’ persuni kellhom jitilqu miż-żoni affettwati sabiex isibu kenn xi mkien ieħor.
Ġie rrappurtat ukoll kif sa issa nqatlu mija u sitta u tletin persuna kawża ta’ din ix-xita u oħra raw lil darhom tinqered kompletament.
Din il-ġimgħa kienet ikkaraterizzata b’aħbarijiet ta’ diżastri kbar li ħalliet ix-xita qalila kemm fil-Punent tal-Ewropa u anke partijiet oħra fiċ-Ċina. Dan filwaqt li l-Afrika ta’ Fuq qed tesperjenza mewġa kbira ta’ sħana.