Dalgħodu t-temp kien imsaħħab u bix-xita, temp li jistona meta kkumparat mat-temp xemxi li kellna fuq il-gżejjer Maltin fi tmiem il-ġimgħa. Iżda mit-tbassir tal-Uffiċju Meterjoloġiku jidher li se nkunu qed nibdew ġimgħa ġdida bix-xita.
Filfatt, għada hija mistennija ġurnata bix-xita bl-ogħla temperatura se tkun ta’ 18-il grad ceclius, xita li mistennija tkompli matul il-jum tat-Tlieta. Iżda s-sema se tinbidel l-Erbgħa hekk kif qalb is-sħab mistennija toħroġ ix-xemx li se nibqgħu narawa tul il-jum tal-Ġimgħa u s-Sibt.