Attività u atmosfera.
Minn mimli bil-basktijiet f’idejh u min dieħel f’ħanut wara ieħor jipprova jsib ir-rigal ideali għall-għeżeż u dawk l-eqreb tiegħu.
Dawn kienu x-xeni li ddominaw matul il-jum fil-Belt Valletta tul il-ġurnata tal-Ħamis hekk kif ħafna sfruttaw il-jum ta’ mistrieħ grazzi għall-festa tal-Kunċizzjoni biex jibdew jaħsbulu għar-rigali li ffisaw li se jixtru għal din is-sena.
U propju f’din il-ġurnata ONE News żar l-Belt Valletta biex jieħu idea f’hiex waslu l-Maltin fix-xiri tar-rigali tal-Milied.
Fi triqitna għat-triq prinċipali tal-Belt Valletta, is-sigra tal-Milied u l-Presepju biswit il-Berġa ta’ Kastilja mill-ewwel jolqtu l-għajn.
Jiddominaw f’dan il-Presepju insibu lill-ewwel Qaddis Malti San Ġorġ Preca, ix-xena tat-Twelid tal-Bambin, bi Tliet Slaten Magi u x-Xabbatur fost oħrajn.
Wasalna fi Triq ir-Repubblika u mal-ewwel spikkaw in-nies, li f’ġurnata btala, għażlu li flok joqogħdu d-dar jarmaw għall-Milied, jerħulha lejn il-Kapitali.
Staqsejna lil dawk li ma beżgħux mill-mikrofonu ta’ One News f’ hiex wasal ix-xiri tar-rigali tal-Milied din is-sena.
Oħrajn qalulna għal min għażlu li jixtru r-rigali għall-Milied ta’ din is-sena.