Għal dawn il-ġranet sbieħ tal-Milied iċ-ċentri kummerċjali f’pajjiżna jitlibbsu adattat ferm għal dawn il-festi: kullimkien imżejjen b’ atmosfera festiva u ta’ ċelebrazzjoni.
Kullimkien imlewwen b’armar sabiħ u mogħni bi dwal festivi u kkuluriti, fl-isfond tad-daqq tal-għanjiet tal-Milied bħal donnhom jistiednu lil kulħadd biex igawdi iktar dan iż-żmien sabiħ.
Issa li l-attività kummerċjali tinsab fl-aqwa tagħha, li-vetrini tal-ħwienet imsebbħa u mżejna għall-okkazzjoni, eluf ta’ persuni f’pajjiżna fosthom familji għaddejjin bix-xiri tar-rigali.
Is-sidien tal-ħwienet li tkellimna magħhom saħqu li l-Milied ta’ din is-sena jidher li wkoll se jkun wieħed b’saħħtu għalihom.