Waqt il-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-każ ta’ Justin Borg, mixli li qatel lill-eks sieħba tiegħu f’Ħaż-Żabbar fi Frar li għadda nstema’ li l-vittma ttollerat l-imġiba abbużiva tal-akkużat sakemm skopriet li qalibielha.
Il-kuġina ta’ Chantelle Chetcuti xehdet li qabel it-twelid tat-tfal ta’ Chetcuti u Borg, l-akkużat kien jheddidha li jagħmel overdose jekk qatt titilqu.
Fil-Qorti ħareġ li Chetcuti sofriet minn vjolenza domestika tant li jiem qabel il-jum traġiku, Chetcuti affaċċjat episodju vjolenti ieħor.
Ix-xhud qalet ukoll li darba minnhom kienu qed jippjanaw mawra sa Għawdex u l-vittma bagħtet messaġġ fejn qalet “jekk nibqa’ ħajja.”