“Għall-Milied nixtieq kupuni għal tallinja card biex inżur lill-ġenituri l-isptar” Hekk kiteb tfajjel ta’ 15-il sena li qasam ix-xewqa tiegħu ma’ The Childrens Dream. Kampanja li għal żmien il-Milied tiġbor ix-xewqat ta’ għadd ta’ tfal li jinsabu taħt il-kustodja tal-FSWS u tappella ma’ numru ta’ organizzazzjonijiet biex taqta’ dawn ix-xewqat.
Dan it-tfajjel li mniżżel bl-isem ta’ Keith, kiteb kif preżentament hu jgħix f’residenza li tieħu ħsieb lit-tfal u li jkun jixtieq iżur lill-ġenituri tiegħu aktar ta’ spiss. Kiteb kif bħalissa jkolli jibbaża kemm iżurhom fuq ħaddieħor biex iwasluh sa ħdejhom jew inkella juża l-ftit flus li jkollu biex jaqbad tal-linja.
Għalekk għal dan il-Milied jixtieq kupuni sabiex jużahom biex iżur lill-ġenituri. Din hi biss waħda mill-ħafna xewqat li għexieren ta’ tfal għandhom, fejn fost dawn ix-xewqat issib bosta li qed jitolbu kupuni biex bihom jixtru l-ikel għal familthom jew ħwejjeġ għax m’għandhomx x’jilbsu.
Jekk tixtieq tferraħ tifel jew tifla għal dan il-Milied, idħol fuq is-sit ta’ Children’s Dream u aqta’ xi xewqa jew tnejn.
Children`s dreams | Fulfill dream
Here are the dreams of children, whose families face various social difficulties or are being raised in Children’s Homes.