Pajjiżna tilef awtur tal-mużika u kittieb hekk kif tħabbret il-mewt ta’ Sunny Aquilina. Dawk li jaħdmu fix-xena mużikali, bla dubju huma familjari ma’ Sunny li kellu numru ta’ suċċessi fil-karriera tiegħu.
Fost l-akbar suċċessi kienu fil-Malta Eurovision, hekk kif dan l-awtur kiteb id-diska My Dream li ġiet interpretata mill-kantanta Thea Garrett, li rrappreżentat lil pajjiżna fil-Eurovision kif ukoll id-diska ta’ Chiara The one that I love li wkoll kienet id-diska rebbieħa f’dan il-festival popolari mal-Maltin.