Nhar is-Sibt li ġej fix-Xagħra Għawdex se jinfetaħ iċ-Ċentru Pastorali u ‘Night Shelter’ li fih ser jospita anzjani li jispiċċaw waħedhom bil-lejl.
Wara ftehim li sar bejn il-Knisja u l-Istat, kien deċiż li s-servizz kollu ta’ dan ix-xelter jiġi mħallas mill-Gvern, filwaqt li l-bini u l-installar tal-ilma u d-dawl sar peremezz ta’ volontarjat u karità.L-inawgurazzjoni u l-ftuħ uffiċċjali ser issir mill-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana filwaqt li jsir it-tberik mill-Isqof Mario Grech. Fil-programm ser jieħdu sehem il-Gozo Youth Band taħt id-direzzjoni ta’ Maestro Joe Grech. Wara l-inawgurazzjoni ser jitkompla programm ta’ divertiment animat mill-Band Għawdxija ‘The Capitals’.
Il-Kanoniku Dun Anton Refalo f’isem il-Komunità ta’ Ġesu Nazzarenu, jistieden lil kulħadd biex jattendi, b’mod speċjali lir-residenti Xagħrin.
Il-ftuħ uffiċċjali se jsir is-Sibt 29 ta’ Settembru fis-18:30.