AĠĠORNAT:
Tliet splużjonijiet laqtu xarabank li kienet qed iġġor it-tim tal-football tal-Borussia Dortmund hekk kif kienu jinsabu fi triqthom għal-logħba tal-kwart tal-finali tac-Champions League kontra Monaco.
F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Kap tal-Pulizija ta’ Dortmund qal li l-attakk kellu fil-mira tiegħu lill-istess tim Ġermaniż.
Il-plejer Spanjol Marc Batra kellu jagħmel operazzjoni f’idejh wara dan l-inċident. Ebda plejer ieħor ma sofra ġrieħi. Il-prosekutur tal-istat qal li ittra misjuba viċin il-post tar-reat qed tiġi eżaminata ukoll. Dan filwaqt li l-logħba ġiet posposta għal-lejla fis-6.45pm.
21.00pm: Ix-xarabank ta-tim Borussia Dortmund ġarrbet ħsarat estensivi wara splużjonijiet qabel il-quarter-final ma’ Monaco f’Westfalenstadion.
Ix-xarabank kienet qed iġġorr lill-players ta’ Borussia għal logħba taċ-Champions League.
It-tim Ġermaniż ikkonferma li m’hemmx periklu fl-istadium u l-players huma siguri iżda ndarab id-defender Marc Bartra. Hu mifhum li l-ġrieħi li ġarrab mhumiex ta’ natura gravi.
Bei der Explosion wurde @MarcBartra verletzt und befindet sich derzeit im Krankenhaus. Gute und schnelle Genesung, Marc! #bvbasm
— Borussia Dortmund (@BVB) April 11, 2017
Fil-bidu ntqal li kienet splużjoni waħda, iżda aktar tard intqal li kienu tlieta.
F’dan it-tweet, it-tim kiteb: “Bomb explosion on the team bus at the team hotel. Player in security. No danger in the and at the stadium. More information to follow. #bvbasm”
Bombenexplosion am Mannschaftsbus am Mannschaftshotel. Spieler in Sicherheit. Keine Gefahr im und am Stadion. Weitere Infos folgen. #bvbasm
— Borussia Dortmund (@BVB) April 11, 2017
Il-partita se tintlagħab għada fis-18.45. Mar-ritratt li jidher hawn fuq, it-tim kiteb: Thanks for your patience and understanding and the “Dortmund! Dortmund” chants, dear supporters of @AS_Monaco_EN!
Borussia Dortmund bħalissa jinsabu fir-raba’ post tal-klassifika fil-Bundesliga.