Fi stqarrija l-istazzjon nazzjonali għamel referenza għall-ilment li fetaħ il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech kontra l-PBS dwar il-programm Insights għaliex skont hu ħassu li kien żbilanċjat.
Il-PBS qal li f’dan il-każ, apparti ilment quddiem l-Awtorità tax-Xandir kien hemm ukoll attentat ċar biex jiġi mittiefes id-dritt ta’ ġurnalist li jistaqsi mistoqsijiet leġittimi.
Ix-xandir nazzjonali qal li fela l-programm inkwistjoni u nnota l-mod professjonali u imparzjali kif il-ġurnalist mexxa dan il-programm.
Saħaq li l-libertà tal-espressjoni u l-protezzjoni tal-ġurnalisti huma prinċipji għal qalb ħafna l-istazzjon nazzjonali.
Ix-xandir nazzjonali qal li se jkun fuq quddiem biex joffri kenn lill-ġurnalisti, speċjalment f’ċirkostanzi fejn terzi iġibu ruħhom b’tali mod li jsarraf fi pressjoni biex tiġi kundizzjonata l-ħidma tagħhom.
Aqra wkoll:
https://www.one.com.mt/2021/01/28/bernard-grech-jiftah-ilment-fuq-l-intervista-ta-insights/