Ix-xamma tal-kelb Charlie mis-Sezzjoni tal-Canine u l-AMLT waslet biex jinqabdu €11,290 fi flus kontanti li kienu fil-bagalji ta’ passiġġier Eġizzjan.
Il-passiġġier kien immultat fuq il-post.
Fi stqarrija, id-Dwana qalet li minkejja s-sitwazzjoni tal-Covid naqset l-ivvjaġġar mill-ajruport, l-uffiċjali tad-Dwana u l-AMLT baqgħu għaddejjin bl-ispezzjonijiet biex jinqabad il-ġarr ta’ flus kontanti li mhux dikjarati.