Ix-xamma tal-kelba Zekkin wasslet biex jinqabdu aktar minn €24,000 li ma kinux iddikjarati fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
Uffiċjali fit-Taqsima ta’ Kontra l-Ħasil ta’ Flus u l-K9 fi ħdan id-Dwana, għamlu tfittxijiet fuq passiġġier mill-Guinea li kien se jaqbad titjira lejn Istanbul. Meta kien mistoqsi huwa stqarr li kien qed iġorr €3,000. Madankollu, il-kelb Zekkin qajmet suspett, għalhekk l-uffiċjali tad-Dwana wettqu aktar tfittxijiet.
B’kollox fl-affarijiet personali tiegħu nstabu €24,745. Aktar stħarriġ irriżulta li r-raġel kien qed iġorr €14,245 għal persuna oħra.