Ix-xamma ta’ Peter, il-kelb tad-Dwana, wasslet għal sejba ta’ kważi €29,000 mhux iddikjarati.
Is-sejba saret fuq passiġġier li kien sejjer lejn Lisbona il-Portugall meta Peter indika li jaf kien hemm flus mhux iddikjarati fuq passiġġier Franċiż.
Kien minn hemm li saret spezzjoni fuq il-passiġġier fejn instab li kellu €28,750 mhux iddikjarati.
Il-passiġġier ikkopera fejn aċċetta li jħallas multa.