Peter, il-kelb li jagħmel parti mit-tim tad-Dipartiment tad-Dwana, irnexxielu jxomm kważi $23,000 fuq passiġġier li kien sejjer lejn Istanbul.
Dan waqt li kien qed isir l-iċċekkjar bħala parti minn rutina fejn il-kelb, Peter, wera interess u aġixxa b’mod partikolari wara li għadda minn ħdejn passiġġier li kien qed jistenna biex jitla’ abbord titjira lejn Istanbul.
Il-passiġġier ġie eskortat fejn wara li saret spezzjoni fuq il-passiġġier instab li kellu total ta’ $22,800.
Il-passiġġier se jkun qed jiġi mmultat skond il-proċeduri.