Nhar it-28 ta’ Mejju, ix-xagħri ta’ bejn ta’ Pembroke u Baħar iċ-Ċagħaq se jinbidel f’korsa bl-ostakli, għall-ġirja magħrufa bħala ‘The Grid’.
Ġirja twila 15-il kilometru li mistennija tattira mal-500 parteċipant li jfittxu dawn it-tip t’attivitajiet, fosthom għadd ta’ barranin.
Wieħed mill-organizzaturi, Omar Said fisser kif din se tkun korsa li toffri sfida u għalkemm hija miftuħa għal kulħadd, min jixtieq jagħmilha f’ħin tajjeb diġà beda bit-taħriġ.
https://youtu.be/5bWdBGorjrM
Din hija l-ewwel darba li f’pajjiżna se ssir din it-tip t’ attività u se tkun reklamata ma’ pajjiżi oħra bħala parti mill-viżjoni strateġika ta’ pajjiżna fil-qasam tat-turiżmu.
Fil-fatt, il-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis aċċenna fuq l-importanza tat-turiżmu sportiv f’xhur fejn tradizzjonalment jaqgħu r-rati ta’ turisti li jżuru pajjiżna.
Għaldaqstant stqarr li l-kuntratt iffirmat ma’ the Grid għal din l-attività sportiva għandha l-potenzjal li tiġġenera iktar kummerċ.
Iċ-Ċermen tal-MTA, Gavin Gulia sostna li awtorità se tkun promossa mill-assoċjazzjonijiet sportivi internazzjonali u mill-aġenziji tal-ivjaġġar filwaqt li se jkunu mistennija membri tal-media barranin biex jirrappurtaw l-avveniment.