Permezz ta’ ftehim bejn l-Awtorità tal-Artijiet u x-Xagħra Scout Group, l-istess grupp se jkollu spazju akbar fejn jopera u jilqa’ fih il-membri.
Il-Group Scout Leader tax-Xagħra Group, Steven Sultana, qal kif huma waħda mill-akbar organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ f’Għawdex, li taħdem ma’ 150 tfal, żgħażagħ u voluntieri biex isiru ċittadini attivi tal-preżent u l-futur.
Il-Ministru Stefan Zrinzo Azzopardi wera s-sodisfazzjon tiegħu għal dan il-ftehim, hekk kif l-Awtorità tal-Artijiet qed tgħaddi spazju akbar li se jkun ta’ kontribut kbir u utilizzat bl-aħjar mod possibbli għal diversi attivitajiet.
Min-naħa tiegħu, il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri sostna li dan hu xhieda oħra ta’ kollaborazzjoni b’saħħitha bejn diversi entitajiet, bejn dawk governattivi u s-settur volontarju, fejn il-Gvern jemmen u jinċentiva bil-fatti lil dan is-settur.