Raġel Franċiż, ta’ madwar 30 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li lbieraħ sab ruħu f’diffikulta u waqa’ madwar 4 metri, waqt li kien qed jagħmel abseiling fix-Xlendi.
Kien ilbieraħ għall-ħabta tal-ħamsa u kwart, il-Pulizija ġew infurmati li kien hemm bżonn l-assistenza tagħhom fil-limiti tal-Grotta, ix-Xlendi, Għawdex.
Membri mill-Protezzjoni Ċivili flimkien mal-Forzi Armati ta’ Malta ġew jassistu sabiex ir-raġel jittella min fejn kien. Il-vittma ittieħed l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija fuq dan il-każ għadhom għaddejjin.