Waqt il-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi (PAC), ix-Shadow Minister tal-Finanzi tal-Partit Nazzjonalista, Graham Bencini, ħalla lil kulħadd b’ħalqu miftuħ hekk kif staqsa lill-Awditur Ġenerali x’inhi “government subvention”.
Il-mistoqsija ħalliet lil kulħadd perpless, hekk kif “government subvention” hija terminu mill-iktar komuni li tintuża fl-amministrazzjoni pubblika u fil-qasam tal-finanzi tal-Gvern.
Fi kliem sempliċi, il-“government subvention” tirreferi għall-ammont ta’ flus li l-Gvern jgħaddi lil entitajiet jew dipartimenti biex ikunu jistgħu joperaw. Din id-deskrizzjoni tidher bħala “line item” fil-budget annwali, u tinkludi fondi allokati biex jiġu sostnuti diversi setturi, inkluż il-kumpaniji tal-istat, l-awtoritajiet regolatorji, kif ukoll organizzazzjonijiet li jgawdu minn fondi pubbliċi.
Terminoloġija fost l-iktar bażiċi fil-politika, li jidher li x-Shadow Minister tal-Finanzi għad irid jiffamiljarizza ruħu magħha.