L-awtoritajiet tas-saħħa Ċiniżi qed iwissu li l-virus il-ġdid li feġġ fl-aħħar jiem u li ħasad il-ħajja ta’ disa’ persuni, jista’ jinfirex aktar.
Sa issa hemm 440 każ ikkonfermat ta’ dan il-virus, li oriġina minn suq li jkollu annimali selvaġġi u illegali f’Wuhan.
Minn Wuhan infirex f’diversi provinċji fiċ-Ċina u anki barra l-pajjiż, inkluż l-Istati Uniti, it-Tajlandja u l-Korea ta’ Isfel.
L-awtoritajiet sqarru li l-pajjiż jinsab fl-aktar stadju kritiku ta’ prevenzjoni u kontroll.
Fost is-sintomi tal-virus hemm uġigħ respiratorju, deni, sogħla u qtugħ ta’ nifs.
Ritratt: BBC News