In-Nazzjonijiet Magħquda wissew li l-invażjoni Russa fl-Ukrajna tista’ tikkawża kriżi globali dwar l-ikel li ttul is-snin.
Is-Segretarju Ġenerali, Antonio Guterres qal li l-gwerra kompliet tiggrava s-sitwazzjoni tal-ikel f’pajjiżi foqra minħabba ż-żieda fil-prezzijiet.
Żied li ċertu pajjiżi jistgħu jaffaċċjaw il-ġuħ għal żmien twil jekk il-prodotti tal-esportazzjoni tal-Ukrajna ma jiġux għal kif kienu qabel il-gwerra.
Il-kunflitt waqqaf il-provvista mill-portijiet Ukreni, li xi darba kienu jesportaw ammonti kbar ta’ żejt tat-tisjir u affarijiet oħra bħal qamħirrum u qamħ.