Hekk kif it-temperaturi mistennijin ikompli jiżdiedu aktar fil-ġranet li ġejjin, id-direttorat tal-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenżjoni tal-mard ħarġet twissija fuq l-importanza li wieħed jixrob biżejjed ilma matul ix-xhur sħan tas-sajf. Dan hekk kif, temperaturi għoljin iwaslu sabiex jintilef iktar ilma mill-ġisem li twassal għal deidrazzjoni kif ukoll possibilita ta’ heatstroke.
Intant, id-direttorat qed iwwisi sabiex bejn l-għaxra ta’ filghħodu u l-erbgħa ta’ wara nofsinhar, jiġi evitat ħin bla bżonn fix-xemx, jinxtorob iktar ilma b’mod regolari u jigi evitat ikel sħun kif ukoll li wiħed ifittex l-għajnuna jekk ikollu xi problemi.
Anzjani, trabi, tfal żgħar u nies b’mard kroniku huma f’riskju akbar għal dawn l-effetti.