Persuni li jkunu fuq il-baħar qed jiġu mwissija biex ma jidħlux f’żoni tal-irziezet tal-ħut fl-ibħra Maltin.
Dan wara li żewġt irġiel spiċċaw fil-baħar wara li trawler għadda minn ħdejhom f’San Pawl il-Baħar bil-konsegwenza li nqalbu bid-dgħajsa tagħhom.
Fi stqarrija l-Federazzjoni Maltija għall-Produtturi tal-Akwakultura tkellmet dwar l-importanza li wieħed ikun jaf ir-regoli qabel jidħlu f’żoni ta’ akwakultura meta jkun fuq il-baħar.
Kien it-Tlieta meta raġel kiteb fuq Facebook dwar l-esperjenza tiegħu, fejn allega kif trawler li kien fuq il-baħar għadda minn ħdejhom mingħajr twissija u konsegwenza ta’ hekk spiċċaw inqalbu bid-dgħajsa b’dawk ta’ fuq it-trawler jgħidulhom li t-tort tagħhom.
Spjega kif kienu sajjieda u kif ukoll trawler ieħor li għenuhom.
Intant l-FMAP wissiet dwar kif wieħed għandu jinforma ruħu sew hekk kif dawn iż-żoni huma ddeterminati mid-Dipartiment tas-Sajd u l-Awotrità tal-Ippjanar.
Spjegat kif rapporti dwar kif it-trawler ħabat fid-dgħajsa u b’hekk inqalbet mhux veritiera u kif kien trawler ta’ AJD Tuna Ltd. Offra l-għajnuna lill-irġiel u saħansitra tkellmu ma’ numru ta’ għaddasa biex jiġbru l-affarijiet personali tal-irġiel mill-baħar.