L-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni ħarġu twissija dwar ftehim fuq il-prezz tal-pastizzi fejn qal li se jkun qed jipproċedi kontra negozji li jiftehmu bejniethom dwar prezzijiet. Dan hekk kif ftehim dwar prezzijiet hu pprojbit skont l-Att dwar il-Kompetizzjoni u azzjonijiet bħal dawn jirriżultaw fi ksur ta’ dan l-att. Dan b’reazzjoni għar-rapporti li dehru fl-istampa fejn intqal li kien hemm ftehim bejn numru ta’ produtturi tal-pastizzi li jgħollu l-prezz bi 33%.
L-istqarrija tgħid kif il-produtturi jridu jistabbilixxu l-prezz lill-konsumatur indipendentament minn xulxin.