Attent għax tingidem.
Dan hu l-messaġġ mingħand il-Kummissarju tat-Taxxi li fi stqarrija ġibed l-attenzjoni tal-pubbliku għall-emails u ittri foloz li qed jiċċirkolaw u jintbagħtu fejn tintalab informazzjoni fir-rigward tal-VAT jew taxxa.
“Il-pubbliku għandu jinjora dawn it-tali talbiet u fejn hemm dubju jċempel fuq in-numru 144 jew f’każ ta’ negozju fuq in-numru 153”, saħaq l-uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxi.
Fl-aħħar jiem nies fosthom xi negozjanti tkellmu ma’ one.com.mt jisħqu li kien għodhom belgħuha hekk kif irċevew ittra falza titlobhom dettalja għal fini ta’ taxxa.