Il-President elett tal-Iran laqa’ n-negozjati mal-qawwiet tad-dinja mmirati biex jerġgħu jagħtu l-ħajja l-ftehim nukleari tal-elfejn u ħmistax iżda qal li jrid jassigura l-interess nazzjonali.
Waqt l-ewwel konferenza tal-aħbarijiet tiegħu minn meta rebaħ l-elezzjoni, Ebrahim Raisi wiegħed li mhux se jkun qed jaċċetta li d-diskussjonijiet fi Vjenna jieħdu fit-tul.
Hu insista wkoll li l-programm tal-Iran b’rabta mal-programm tal-missili mhux se jinnegozja dwaru.
Ritratt: Reuters