Il-Prinċep tal-Arabja Sawdija wissa li l-prezzijiet taż-żejt jistgħu jogħlew b’numri sinifikanti li wieħed diffiċli jimmaġinahom, jekk id-dinja ma taġixxix biex trażżan lill-Iran.
Mohammed bin Salman qal li gwerra bejn l-Arabja Sawdija u l-Iran tkisser l-ekonomija globali, u żied li jippreferi soluzzjoni politika minflok waħda militari.
Dawn id-dikjarazzjonijiet saru b’reazzjoni għall-attakk fuq żewġ raffineriji taż-żejt fl-Arabja Sawdija ġimagħtejn ilu, li qed jiġi akkużat bihom l-Iran.
Ritaratt: BBC News