Il-President elett Joe Biden wissa li n-nies jistgħu jmutu jekk l-amministrazzjoni tiegħu se tibqa’ tiġi ostakolata minn Donald Trump, li għadu ma jridx jikkonċedi.
Biden qal li hemm bżonn koordinazzjoni biex tiġi indirizzata l-imxija tal-Coronavirus.
Huwa sejjaħ l-azzjonijiet ta’ Trump li għadu qed jirrifjuta li jammetti li tilef l-elezzjoni, bħala “totalment irresponsabbli”.
Il-President elett Joe Biden għandu tliet mija u sitt voti fil-Kulleġġ Elettorali, li bihom qabeż sew il-mitejn u sebgħin li kandidat għandu bżonn biex jirbaħ l-elezzjoni.
Minkejja dan, sal-bieraħ stess, Donald Trump kiteb fuq Twitter li rebaħ l-elezzjoni.